SEMMA’ LEĦNEK
AĠIXXI ISSA!

 

Fis-17 ta’ Diċembru 2025 il-Parlament Ewropew għadda riżoluzzjoni biex jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistabilixxi mekkaniżmu finanzjarju imħallas mill-UE biex jitħallsu proċeduri ta’ vjaġġar u abort għal dawk fil-pajjiżi Membri tal-UE biex jivvjaġġaw f’pajjiżi oħra tal-UE b’liġijiet dwar l-abort iktar liberali minn tagħhom.

Dan ġej minn Inizjattiva ta' Ċittadini Ewropej imsejħa "Il-Vuci Tiegħi, Il-Għażla Tiegħi" appoġġjata mill-IPPF. Huma ġabru firmi fl-Ewropa matul is-snin 2024-2025.

Din ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew hija eċċess ta' poter sinifikanti mill-UE, peress li mhix fil-kompetenzi tal-UE li tinvolvi ruħha fil-kwistjoni tal-abort. L-abort huwa kompetenza nazzjonali, li taqa' mhux biss taħt il-qasam tas-saħħa pubblika, iżda wkoll f'xi pajjiżi taħt il-liġi kriminali. Din ir-Riżoluzzjoni tiddgħajjef il-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-UE.

 

Kieku din issir liġi, il-liġijiet dwar l-abort l-iktar liberali fl-UE fil-fatt isiru l-liġi dwar l-abort fuq livell tal-UE, irrispettivament mill-pajjiż li tkun fih, u jġibu magħhom it-turiżmu tal-abort imħallas mill-UE. F'xi Stati Membri l-abort jista' jkun permess sa 24 ġimgħa u saħansitra sa waqt it-twelid f' ċerti ċirkostanzi. Skont din il-proposta, ikun aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE.

L-abort huwa kwistjoni nazzjonali, mhux deċiżjoni tal-UE, ejja nżommuh hekk!

 

Aġixxi issa billi titlob lill-Kummissarji Ewropej biex iwaqqfuh dan.

 

Jekk jogħġbok ikklikkja hawn taħt biex tibgħat posta elettronika lill-Kummissarji Ewropej. Il-messaġġ tiegħek jasal għand Glenn Micallef, Kummissarju tal-UE minn Malta, u kopja ser tintbagħat lill-Kummissarji Ewropej għas-Saħħa. Ugwaljanza, u Drittijiet Soċjali, kif ukoll lill-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Suġġett: Ippromwovu t-Trattati, Libertà għalI-Istati Membri!

Glenn Micallef, Kummissarju Ewropew minn Malta
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea,
Kummissarju Ewropew għas-Saħħa,
Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza,
Kummissarju Ewropew għad-Drittijiet Soċjali.

Billi tikklikkja ibgħat, inti qed taqbel li nistgħu nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek skont it-termini msemmija hawn fuq. L-ittra tiegħek se tgħaddi għand il-Kummissarji Ewropej. NoAbortionTourism.eu u One of Us se jużaw l-informazzjoni li ser tipprovdi fuq din il-formola biex jibqgħu f’kuntatt miegħek u jipprovdulek aġġornamenti. Inti tista’ tbiddel fehmtek f’kull ħin billi tikklikkja l-link ikkanċella l-abbonament fil-footer ta’ kwalunkwe posta elettronika li tirċevi mingħandna, jew billi tikkuntattjana contact@NoAbortionTourism.eu. Aħna ser nittrattaw l-informazzjoni tiegħek b’rispett. Għal iktar informazzjoni dwar il-politika ta’ privatezza tagħna, jekk jogħġbok ara l-Politika ta’ Privatezza tagħna.

Glenn Micallef

Glenn Micallef

Kummissarju Ewropew minn Malta