SEMMA’ LEĦNEK
AĠIXXI ISSA!
Fis-17 ta’ Diċembru 2025 il-Parlament Ewropew għadda riżoluzzjoni biex jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistabilixxi mekkaniżmu finanzjarju imħallas mill-UE biex jitħallsu proċeduri ta’ vjaġġar u abort għal dawk fil-pajjiżi Membri tal-UE biex jivvjaġġaw f’pajjiżi oħra tal-UE b’liġijiet dwar l-abort iktar liberali minn tagħhom.
Dan ġej minn Inizjattiva ta' Ċittadini Ewropej imsejħa "Il-Vuci Tiegħi, Il-Għażla Tiegħi" appoġġjata mill-IPPF. Huma ġabru firmi fl-Ewropa matul is-snin 2024-2025.
Din ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew hija eċċess ta' poter sinifikanti mill-UE, peress li mhix fil-kompetenzi tal-UE li tinvolvi ruħha fil-kwistjoni tal-abort. L-abort huwa kompetenza nazzjonali, li taqa' mhux biss taħt il-qasam tas-saħħa pubblika, iżda wkoll f'xi pajjiżi taħt il-liġi kriminali. Din ir-Riżoluzzjoni tiddgħajjef il-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-UE.
Kieku din issir liġi, il-liġijiet dwar l-abort l-iktar liberali fl-UE fil-fatt isiru l-liġi dwar l-abort fuq livell tal-UE, irrispettivament mill-pajjiż li tkun fih, u jġibu magħhom it-turiżmu tal-abort imħallas mill-UE. F'xi Stati Membri l-abort jista' jkun permess sa 24 ġimgħa u saħansitra sa waqt it-twelid f' ċerti ċirkostanzi. Skont din il-proposta, ikun aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE.
L-abort huwa kwistjoni nazzjonali, mhux deċiżjoni tal-UE, ejja nżommuh hekk!
Aġixxi issa billi titlob lill-Kummissarji Ewropej biex iwaqqfuh dan.
Jekk jogħġbok ikklikkja hawn taħt biex tibgħat posta elettronika lill-Kummissarji Ewropej. Il-messaġġ tiegħek jasal għand Glenn Micallef, Kummissarju tal-UE minn Malta, u kopja ser tintbagħat lill-Kummissarji Ewropej għas-Saħħa. Ugwaljanza, u Drittijiet Soċjali, kif ukoll lill-President tal-Kummissjoni Ewropea.